Saturday, July 25, 2026
Home Sport Barcelona se joffru kuntratt ġdid lil Lamine Yamal

Barcelona se joffru kuntratt ġdid lil Lamine Yamal

0
114

Diversi ġurnali Spanjoli qed jitkellmu dwar il-plejer ta’ nofs il-grawnd żagħżugħ Lamine Yamal li qed jinteressa bosta klabbs fosthom Paris St Germain u xi timijiet mis-Saudi Pro League.

Minkejja kollox, il-klabb tiegħu Barcelona mhux lesti li joqogħdu mingħajru u huwa għalhekk li mistennija joffrulu kuntratt ġdid.

Yamal għandu 17-il sena u diġa’ lagħab 46 partita mal-Katalani u skorja disa’ gowls.