Thursday, July 4, 2024

Nicole Spiteri tirbaħ it-titlu ta’ Miss World Malta

Aqra wkoll

Hekk kif ilbieraħ saret il-finali ta’ Miss World Malta, bosta kienu dawk li ħadu sehem u taw spettaklu bl-isbaħ ilbies. Ir-rebbieħa ta’ Miss Malta hija Nicole Spiteri. Spiteri, li għandha 21 sena u toqgħod il-Marsa se tkun qed tirrapreżenta lill-pajjiżna fit-72 edizzjoni tal-konkors internazzjonali ta’ Miss World.

F’messaġġ fuq il-midja soċjali tagħha, Spiteri qalet li minkejja li mhux dejjem emmnet fih nnifisha, permezz ta’ xogħol iebes, permezz tad-dedikazzjoni u tal-perseveranza rnexxielha tasal fejn dejjem xtaqet.

Hija rringrazzjat lil sħabha l-kontestanti, lill-familjari u lill-għarus tagħha, li dejjem kien hemm għaliha matul dan il-vjaġġ tant sabiħ. Irringrazzjat ukoll lin-nutritionist Susan Borg u lill-Tigre Clint Bonnici u lil Mariah Cutajar li ggiwdawha fil-fiżika tagħha.

Fit-tieni post ikklassifikat Shailey Micallef, li rebħet t-titlu Beauty with a Purpose, filwaqt li fit-tielet post ikklassifikat Hailey Ghiller.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport