Juventus bħalissa qed jaħdmu fuq il-plejers li se jitilqu lill-klabb u wara li Denis Zakaria ngħaqad ma’ AS Monaco, issa jista’ jmiss ukoll lil Nicolo Rovella li jagħmel dan ukoll.
Dan il-plejer għandu 21 sena u ilu reġistrat mal-Bianconeri sa mis-sena 2021 fejn lagħab biss tliet logħbiet.
F’dawn l-aħħar sentejn, Rovella kien misluf lil Monza u Genoa fejn lagħab b’mod regolari. Sadanittant, Lazio jinsabu interessati li jieħdu lil dan ilplejer li normalment jilgħab bħala plejer f’nofs il-grawnd u li hu regolari fit-tim nazzjonali Taljan ta’ taħt il-21 sena.