Saturday, July 18, 2026
Home Sport Emil Audero jingħaqad ma’ Inter

Emil Audero jingħaqad ma’ Inter

0
328

Issa hija uffiċjali. Il-gowlkiper Taljan Emil Audero ingħaqad ma’ Inter sabiex ikun it-tieni għażla tal-kowċ Simone Inzaghi wara Yann Sommer.

Audero għandu 26 sena u wara li deher darba biss ma’ Juventus fi tliet snin, lagħab ukoll ma’ Venezia u Sampdoria.

Dan it-trasferiment ġiegħel lill-gowlkiper Filip Stankovic sabiex imur fuq bażi ta’ self ma’ Sampdoria sabiex ikollu aktar ċans jilgħab fl-ewwel ħdax.