Friday, December 13, 2024

“Niddubita sal-aħħar ikollux biżżejjed plejers biex jgħaqqad tim… aħseb u ara kif jaspira li jigvernaw pajjiż”

Aqra wkoll

Waqt attività politika fil-Mellieħa, il-Ministru Julia Farrugia Portelli qalet:  “Fis-26 ta’ Marzu rridu nagħmlu għażla, għażla bejn moviment li kuljum ikompli jikber u jissaħħaħ u partit li lgħandu toqob aktar minn għarbiel. Niddubita li sal-aħħar tal-kampanja elettorali ikollux biżżejjed plejers biex jgħaqqad tim, aħseb u ara kif se jaspira li jigvernaw pajjiż. Il-Kap Grech qalilna li għandhom bieb miftuħ – bieb miftuħ li qed joħorġu iktar nies milli qed jidħlu.”

“Il-kollega Mario Galea stqar li n-nies viċin it-tmexxija tal-PN għamlulu ħajtu miżerja, saħansitra provaw iweġġgħuh bis-saħħa mentali. Apparti li gideb Grech. Tal-mistħija.. għamiltu hekk fuq wieħed minkom aħseb u ara x’taslu tagħmlu lil-Laburisti. Timmaġinawkom tridu taħdmu taħthom? Il-PN mhux ta’ min wieħed javdah. Bernard Grech ma tistax tavdah. Mhux ta’ min javdah għax mhux konsistenti. Iqum filgħodu jgħid xi ħaġa, tasal filgħaxija u jgħid xi ħaġa oħra. Għandna Kap tal-Oppożizzjoni li jdur ma’ kull riħ, mhux kapaċi jieħu deċiżjoni waħda u jżommha. Tista’ qatt tkun mexxej ta’ pajjiż jekk m’intix kapaċi tieħu deċiżjoni?”

Żiedet tgħid li Abela tant ma jibżax jiddibatti ma’ Grech talli se jagħtih l-akbar dibattitu li qatt jista’ jagħtih u dan għax se jkun kandidat fuq l-istess distrett.

“Se jsib lilna Robert Abela biex jagħtik l-akbar damdima li qatt jista’ jagħtik fl-istorja politika tiegħu. Irridu nagħmlu għażla ċara bejn partit li jgħaqqad nazzjon u establishment li jrid jifred biex isaltan. M’inix sorpriża għax dejjem hekk kienu. Ilhom disa’ snin sħaħ ikasbru lil Malta. Tħobb lil pajjiżek meta tiċħdu?”

Ekonomija

Sport