Wednesday, July 16, 2025

“Nieħu l-opportunità biex nirringrazzja lil kull individwu li kien parti mill-istorja tar-raħal tagħna”- is-Sindku Mariah Meli

Aqra wkoll

“Jum il-Għargħur, 2025. Għeziez residenti llum nixtieq nieħu l-opportunità biex nirringrazzja lil kull individwu li kien parti mill-istorja tar-raħal tagħna u ħadem biex il-komunita’ tagħna tissaħħaħ u l-lokal ikun l-post t’għixien għall-ħafna. Dak li għandna llum u grazzi għall-ħidma tagħkom”

Dan kien il-messaġġ li wasslet is-Sindku ta’ Ħal Għargħur Mariah Meli feјn irringrazzјat lil Viċi Sindku s-Sa Francesca Attard u lill-Kunsilliera li qed jaħdmu għall-istess għan, flimkien mal-ħaddiema biex ikollhom lokalita’ aħjar kemm għall-preżent u kif ukoll għall-futur.

Irrimarkat li l-Għargħur huwa wieħed mill-iżgħar irħula ta’ Malta li jinsab fuq għolja fit-Tramuntana ta’ Malta.

Dan ir-raħal huwa imdawwar b’widien mill-isbaħ bħal m’huma wied id-Dis, wied Anġlu u wied il-Faham. Il-Għargħur għandu storja twila li tmur lura anke miż-żmien ir-Rumani u żmien l-Gharab f’malta.

L-ewwel dokument li nsibu li jisemma il-Għargħur hija il-lista tal-Milizia tal 1419 -1420, li din kienet lista ta’ suldati irġiel tad-dejma li kienu mill-Għargħur u li kienu jagħmlu l-għassa mill-istess raħal.

Iżјed tard l-ewwel nota storika ċerta li nsibu huwa ir-rapport taz-zjara tal Mons. Pietro Dusina tal 1575, għaxar snin wara l-Assedju l-Kbir. Mons. P.Dusina itina deskrizzjoni tajba tar-raħal f’dak iż-żmien kemm fuq il-knsija l-antika ta San Bartilmew, il-festa, u kif wkoll fuq il-kappelli li nsibu madwar ir-raħal.

Il-Għargħur reġa’ gie konfermat Parroċċa fis-16 ta’ Lulju tal-1610, wara li fil-passat kien diġa serva ta’ Parroċċa izda ma kienx baqa jifunzjona għal diversi raġunijiet, fosthom ħabba diversi atakki li kienu jsiru mill-furbani u kif wkoll lil Parroċċa kienet waħda żgħira.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport