Saturday, November 23, 2024

72 każ ġdid … Ifiqu 20

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Skont l-aħħar aġġornamenti b’rabta mas-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna, meta wieħed jeskludi l-każi relatati mal-immigranti, fl-aħħar sigħat kien hemm numru rekord ta’ każi ġodda f’jum wieħed sa minn meta feġġew l-ewwel każi tal-pandemija.

Fl-aħħar 24 siegħa saru 2435 swab test li minnhom kien hemm 72 persuna li rriżultaw pożittivi għall-virus. Kien hemm 20 persuna li ġew konfermati mfejqa mill-virus.

Minn Marzu ‘l hawn, ġew irreġistrati 1,348 każ pożittiv ta’ Covid-19 f’Malta li minnhom 557 każ għadhom attivi.

Fl-informazzjoni li ngħatat mill-awtoritajiet jidher li ħafna mill-każi huma relatati ma’ każi li ġew reġistrati qabel u żiedu jgħidu li għaddej l-proċess tal-contact tracing biex jiġu identifikati dawk li l-aktar huma f’riskju li jkunu infettati. Il-Ministeru qal li fis-sigħat li ġejjin nies li kienu f’kuntatt ma’ każijiet pożittivi se jiġu kkuntattjati.

Sport