Friday, November 15, 2024

“Nifhem perfettament it-tbatija iżda xorta ma naqbilx mal-ittestjar tal-embrijuni”

Aqra wkoll

Fl-aħħar jiem kompliet għaddejja l-kontroversja rigward l-aħħar emendi li għaddew mill-parlament b’rabta mal-liġi tal-IVF u l-ittestjar tal-embrijuni.

Wara li fl-aħħar jiem qasmu l-esperjenzi tagħhom persuni li jaqblu mal-ittestjar minħabba l-fatt li huma kellhom ibatu minn kundizzjonijiet li setgħu ġew interċettati fi stadju bikri tat-tnissil, fl-aħħar sigħat kien hemm oħrajn li qalu li għalkemm huma konxji ta’ ċertu tbatijiet, il-ħajja tibqa’ dejjem ħajja, diffiċli kemm hi diffiċli.

Fost dawn kien hemm Lynn Aquilina li qalet li taf xi tfisser tgħix b’kundizzjoni kronika ta’ kuljum. Tkellmet dwar it-tbatija, l-uġigħ u l-għeja fiżika, emozzjonali u metali fost sofferenzi oħra.

Spjegat ukoll li tifhem li ħafna drabi taħt dawn is-sofferenzi tbati l-familja kollha li tispiċċa titkisser iżda saħqet li xorta ma taqbilx mal-ittestjar tal-embrijuni.

“Ħadd m’għandu dritt li jkollu t-tfal, aħseb u ara kemm jiddeċiedi liema ħajja tgħix u liema le”, temmet tgħid Aquilina.

Ekonomija

Sport