Monday, September 23, 2024

“Nifraħ lil Neil Agius talli minbarra kiser rekord qed iqaјјem kuxјenza dwar il-ħarsien marittimu” -Il-PM

Aqra wkoll

“Nifraħ lil Neil Agius. Nifraħlu mhux biss għax bl-għawma li għadu kif temm irnexxielu jikser r-rekord dinji tiegħu bid-determinazzjoni li wera, imma anki għax f‘inizjattiva wara oħra li qed jagħmel, qed iqajjem għarfien u kuxjenza biex inkunu aktar sensittivi għall-ħarsien marittimu”.

Dan kien il-messaġġ li wassal il-Prim Ministru Robert Abela fuq Facebook. Abela qal li l-baħar hu riżorsa importanti għal gżiritna u rridu nibqgħu nieħdu ħsiebu għalina u għar-reġjun tal-Mediterran.

Il-PM wal ukoll:”Il-kuraġġ li wera Neil f’għawma straordinarja madwar il-gżejjer Maltin issa trid tibqa’ tkun riflessa fl-isforzi tagħna lkoll flimkien favur l-ambjent ta’ madwarna”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport