Friday, November 15, 2024

Niġerjan imkeċċi minn Malta joqtol raġel u jħalli ieħor fil-periklu tal-mewt fl-Italja

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Nigerjan li ġie mkeċċi minn pajjiżna wara li nstab ħati b’akkużi ta’ bestjalità fuq debba feġġ fl-aħbarijiet Taljani wara li qatel negozjant u ħalla raġel ieħor fil-periklu li jitlef ħajtu. Il-każ seħħ fit-30 ta’ Lulju li għadda f’Monteforte Irpino f’Avellino fl-Italja. 

Omo Robert ta’ 24 sena kellu argument ma’ negozjant Ċiniż ta’ 54 sena u qatlu b’daqqiet ta’ martell. Eżattament wara, huwa kellu argument ma’ klijent Bulgaru ta’ 49 sena fl-istess negozju u bl-istess arma ħallih jissielet għal ħajtu. Minkejja li għaddew aktar minn għaxart ijiem, il-Bulgaru għadu jinsab rikoverat fl-Isptar ta’ Avellino jiġġieled bejn ħajja u mewt.

Skont xhieda ta’ persuni li nzertaw fil-post tal-inċident intqal li ġiet evitata straġi sħiħa għax in-Niġerjan kien ferm viċin li jħalli oħrajn midrubin bl-istess arma, iżda fortunatament dawn laħqu żgiċċaw bi żbrixx l-attakk. In-Niġerjan prova jaħrab mill-post malli nstemgħu l-ewwel ħsejjes tas-sireni tal-Pulizija, iżda kien imwaqqaf mis-suldati tal-militar ftit metri bogħod min-negozju.

Dan ma kienx l-ewwel każ li bih in-Niġerjan spiċċa f’idejn il-Pulizija u dak hekk kif f’Novembru tal-2020 huwa kien instab ħati b’każ ta’ bestjalità. Omo Robert kien instab ħati li abbuża sesswalment minn debba f’razzett f’Għawdex. 

It-tkeċċija tiegħu kienet parti mis-sentenza li ratu jitlaq lejn l-Italja fejn kien qiegħed jistenna li jingħata ażil. Għal xi żmien huwa kien qiegħed jgħix f’dormitorju f’Avellino, iżda tkeċċa mill-post wara li aggredixxa wieħed mill-voluntiera tal-post.

Ekonomija

Sport