Monday, December 9, 2024

Niġerjan jibda għaddej ġuri mixli li stupra lil omm uliedu għal 6 snin

Aqra wkoll

Niġerjan ta’ 33 sena li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti, dalgħodu beda għaddej ġuri fejn qiegħed ikun akkużat b’disa’ kapi ta’ akkuża fosthom li bejn l-2013 u l-2020 kien qiegħed jistupra lil martu anke meta saħansitra kellha 9 xhur tqala.

Il-ġuri qiegħed jinstema quddiem l-Imħallef Consuelo Scerrei Herrera. L-akkużat wieġeb mhux ħati tal-akkużi kontrih fosthom li beżża’ lil martu li kien se juża vjolenza kontriha, li ffastidjaha kif ukoll li sakkar lilha u lil uliedha d-dar. Akkuża oħra hi li weġġagħha mingħajr il-ħsieb li joqtolha kif ukoll li għex minn fuq il-prostituzzjoni.

Dan il-ġuri minħabba s-sensittivta tiegħu qiegħed jinstema bil-bibien magħluqin.

Kien f’Ġunju tal-2020 meta l-mara kienet marret tirraportha lil akkużat lill-pulizija. Hija kienet għamlet dan il-pass wara li allegatament kienet qalgħet xebgħa kbira u ġegħelha jkollha x’taqsam miegħu quddiem uliedha.

Skont dak li qiegħed jiġi rraportat fil-midja lokali, il-mara kienet tkellmet ma’ Spettur u qaltlu li waqt li kienet rieqda ma’ wliedha żewġha qajjimha fit-3.00am u ried ikollu x’jaqsam magħha. Skont dak li allegat għax dakinhar irrifjutat kien tefagħha mal-art u beda jagħtiha bis-seiq. Dakinahar tal-każ wieħed minn ulied il-kopja beda jitlob lil missieru biex ma jibqax isawwat lil ommu.

Il-mara kienet qalet li fl-2014 żewġha ried itemm ir-relazzjoni, iżda kien fl-istess żmien li skopriet li kienet ħarġet tqila minnu. Tgħid li t-tqala kompliet għarrqet is-sitwazzjoni ta’ bejnithom.

Lill-ispettur hija kienet kompliet tgħidlu li bdiet tevitha fis-sodda, iżda meta kellha disa’ xhur tqala ried ikollu x’jaqsam magħha ax qalilha li hu ma kienx “kelb ikkastrat”. Il-mara allegat li kien tela’ fuqha, neżżagħha u stupraha. L-istorja tagħhom kompliet tikkumplika ruħa hekk kif hija żżewġitu 3 jiem biss wara li welldet lit-tarbija bit-tama li jżomm kelmtu u hekk kif jikseb id-dokumenti jħalliha bi kwietha.

Iżda wara li żżewġu hu beda jistenna kollox mingħand martu. Qalet li kull darba li kienet tgħidlu le għas-sess kien jistupraha wara li jkun kaxkara fil-kamra tal-banju jew fil-kamra tas-sodda. Kien hemm ħafna drabi li beda jsawwatha bl-addoċċ għax ma kienx ikun irnexxielu jkollu x’jaqsam magħha.

Tallega wkoll li kien jingħata tipprostitwixxi lilha nnifsha ma’ anzjan ta’ 70 sena f’appartament f’Buġibba. Qalet li hija kienet marret hemm mingħaliha li se tnaddaf biex taqla xi ħaġa tal-flus.

Ekonomija

Sport