Wednesday, July 24, 2024

Under 17 tat-Tfajliet: Draw ġust bejn Malta u l-Lussemburgu

Aqra wkoll

F’logħba mill-fażi ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew tan-nisa ta’ taħt is-17-il sena, Malta u l-Lussemburgu temmew il-konfront ta’ bejniethom fi draw ġust ta’ 1-1.

Il-Lussemburgu fetħu l-iskor wara biss sitt minuti meta Federica Morvilli approfitatt minn ħarġa ħażina tal-goalkeeper Maltija Maya Muscat  u tefgħet il-ballun f’lasta vojta.

Malta wettqet raezzjoni tajba u minuta biss wara, xutt ta’ Sara Saliba sab lill-goalkeeper tal-Lussemburgu Hayles attenta.

Fil-31 minuta, xutt minn barra l-kaxxa ta’ Lexine Farrugia għal pajjiżna, intemm barra.

Fit-43 minuta, xutt ta’ Olivia Konsbruck għal-Lussemburgu għadda ftit barra.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, il-Maltin ħarġu ferm aggressivi u ta’ dan ġew ippremjati meta wara ftit sekosni ġabu l-iskor indaqs. Dan meta kien hemm freekick tajjeb ta’ Lexine Farrugia bil-goalkeeper tal-Lussemburgu li dehret maħsuda, daħlet Sara Saliba li minn taħt il-lsata tefgħet ġewwa.

Fis-66 minuta, il-Maltin qalgħu daqqa ta’ ħarta meta spiċċaw jilagħbu b’10 players meta tkeċċiet għalihom Amelia Vassallo wara li rċeviet żewġ karti sofor fil-partita.

Fil-75 minuta, freekick ta’ Olivia Konsburck għal-Lussemburgu għadda għoli, filwaqt li mill-azzjoni li segwiet fuq in-naħa l-oħra tal-pitch Kaysia Micallef, kellha x-xutt tagħha li sab lil Hayles attenta.

Fid-89 minuta, l-istess Kaysia Micallef minn pożizzjoni ferm ideali xeħtet għoli.

Malta lagħbet b’din il-formazzjoni:

Maya Muscat, Aisha Micallef (Ilona Abela), Francesca Bartolo, Ema Micallef (Suzanne Farrugia Sacco 32) (Amber Galea 71), Lexine Farrugia, Amelia Vassallo, Sara Saliba (Nyorah Celeste 80), Kaysia Micallef, Thea Ida Scicluna, Ylenia Azzopardi, Stella Francalanza.

Referee: Marisca Overtoom (Olanda)

Ekonomija

Sport