Friday, April 19, 2024

Niġerjan mixli li stupra u żamm mara kontra l-volontà tagħha

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Aktar kmieni llum il-Pulizija ressqet b’arrest fil-Qorti t’Għawdex, quddiem il-Maġistrat Dr Simone Grech LL.D, raġel Niġerjan ta’ 29 sena residenti r-Rabat, Għawdex.

Huwa ġie akkużat talli nhar it-3 ta’ Ġunju, 2020, xi ħin bejn nofsinhar u 2:30 p.m waqt li kien fir-Rabat, Għawdex, stupra persuna femminili, kif ukoll li żamm jew issekwestra lill-istess persuna kontra l-volontà tagħha.

L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu u qed jinżamm taħt arrest.

Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.

Sport