Monday, June 2, 2025

“Nikkundanna kull tip ta’ vjolenza u abbuż”

- il-Kummissarju dwar il-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika Samantha Pace Gasan

Aqra wkoll

Mingħajr ma daħlet fil-mertu ta’ dak li qiegħed jiġi rrappurtat fil-midja b’rabta ma’ persuni pubbliċi dwar każijiet ta’ vjolenza domestika, il-Kummissarju dwar il-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika Samantha Pace Gasan irreaġixxiet għal dak li qiegħed jintqal li l-vjolenza domestika hija kwistjoni personali u familjari, narrattiva li tista’ tkompli żżid l-istigma dwar l-abbuż u twassal għas-silenzju dwar dan is-suġġett tant sensittiv u importanti. 

Huwa għalhekk li l-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika kommessa li tibqa’ għaddejja b’ħidma kontinwa biex tibqa’ tqajjem għarfien dwar dawn l-isfidi soċjali u tippromwovi s-servizzi fejn vittma tal-vjolenza tista’ tfittex l-għajnuna. 

Il-Kummissarju Pace Gasan tikkundanna kull tip ta’ vjolenza u abbuż. Fakkret li l-vjolenza domestika hija kwistjoni pubblika li tħalli impatt fuq il-benesseri tas-soċjetà, l-individwi kif ukoll impatt ekonomiku. Qalet ukoll li l-vjolenza domestika hija reat kriminali. 

“Ejja nkunu responsabbli fir-rapportaġġ u u fil-messaġġ li nwasslu sabiex Flimkien Nieqfu u Flimkien Infiqu mill-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika,” temmet tgħid il-Kummissarju Pace Gasan. 

Jekk inti jew xi ħadd li taf qed jesperjenza l-vjolenza domestika: 

Ċempel fuq 179 jew 116 006; 

Agħmel rapport mat-Taqsima tal-Pulizija f’Santa Luċija jew il-Furjana.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport