Sunday, December 22, 2024

Niksbu l-valur mill-ġestjoni tar-Riskju Operazzjonali

Aqra wkoll

Hekk kif l-ambjent tan-negozju evolva, id-dixxiplina tar-Riskju Operazzjonali żviluppat u sawret mill-ġdid lilha nnifisha. Bi pressjoni regolatorja kontinwa u avvenimenti katastrofiċi fl-industrija, dan sar suġġett kruċjali fuq l-aġenda strateġika. Din kienet it-tema ewlenija ta’ webinar reċenti li sar mill-Bank of Valletta. 

Waqt li introduċiet il-webinar, Elena Pykhova, Executive Head Operational Risk Management fil-Bank of Valletta, iddefiniet l-oqfsa tal-Ġestjoni tar-Riskju Operazzjonali bħala assi addizzjonali li joħolqu valur reali u jpoġġu l-organizzazzjoni f’pożizzjoni aktar reżiljenti u b’saħħitha. “L-attivazzjoni ta’ sistema effettiva ta’ ġestjoni tar-riskju mhix proċess sempliċi, minħabba li teħtieġ bidla kulturali u fl-imġiba biex tallinja ruħha mal-istrateġija għar-riskju tal-organizzazzjoni,” qalet is-Sinjura Pykhova. Hija enfasizzat l-importanza li mhux biss jiġi identifikat kwalunkwe riskju emerġenti, iżda wkoll li jiġi vvalutat, immaniġġjat u rrapportat. 

Ir-riskju operazzjonali jista’ jiġi f’diversi modi bħal fallimenti tal-IT, inċidenti u attakki ċibernetiċi, li jistgħu jikkawżaw ħsarat serji fuq l-operazzjonijiet u r-reputazzjoni tal-organizzazzjoni. Il-Bank of Valletta kontinwament isaħħaħ l-istruttura tal-ġestjoni tar-riskju tiegħu billi jwettaq valutazzjonijiet tar-riskju u analiżi ta’ xenarji. Il-Bank jiżgura wkoll li l-impjegati tiegħu stess jattendu programmi ta’ taħriġ speċjalizzat biex jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom biex ikunu kapaċi jieħdu azzjoni u jagħrfu riskji potenzjali. 

Antoine Aquilina, Information Security Officer fil-Bank of Valletta, iffoka aktar fuq iż-żieda fiċ-ċiberkriminalità u t-theddid li ġġib magħha. “Xi nies jaħsbu li t-teknoloġija hija l-kawża ewlenija għaż-żieda fiċ-ċiberkriminalità, iżda għandhom it-tendenza li jinsew li huwa kif nużaw it-teknoloġija li jiddetermina l-pożizzjoni tagħna kontra attakki bħal dawn,” qal is-Sur Aquilina. Issemma l-kunċett li tkun cybersmart, li jinvolvi l-evoluzzjoni mal-ispettru diġitali filwaqt li jinżamm ambjent ta’ riskju mmoderat. “Fil-Bank of Valletta, ħloqna kultura aktar regolata permezz ta’ kontrolli tar-riskju, evalwazzjoni tal-assi tad-data u billi kontinwament inħarrġu lill-impjegati tagħna biex ikunu kapaċi jagħrfu u jiġġieldu ċ-ċiberkriminalità. Il-Ġestjoni tar-Riskju Ċibernetiku m’għandha tieqaf qatt, minħabba li x-xenarju ta’ dan it-theddid se jkompli jinbidel u jiżviluppa.”

Wieħed jista’ jara rikordju ta’ dan il-webinar fuq il-BOV YouTube channel – https://youtu.be/nI_rzStRHE4.

Ekonomija

Sport