Monday, December 23, 2024

“Nilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-KE rrikonoxxiet ħidmet Malta biex tkun imsaħħa s-Saltna tad-Dritt” – l-MEP Josianne Cutajar

Aqra wkoll

Waqt id-dibattitu dwar L-istat tal-Unjoni Ewropea, l-MEP Josianne Cutajar kellha l-okkażjoni tilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni Ewropea rrikonoxxiet ħidmet Malta fil-qasam tal-Istat tad-Dritt.

“Kburija li waqt dan id-dibattitu nista’ nressaq ‘il quddiem il-perspettiva ta’ gżejjer bħal Malta u Għawdex, li minkejja li huma żewġ gżejjer li jidhru ‘il bogħod mic-Centru, huma Ewropej u lesti li jkunu pont, mhux biss bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi tal-Mediterran, iżda anke lil hinn. Kooperazzjoni li hi essenzjali.”

Hija qalet ukoll li: “Importanti l-enfasi fuq il-ġustizzja soċjali u l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja. Għandek raġun sinjura President; il-pandemija għallmitna kemm huwa prezzjuż il-ħin. Ewropa li tabilħaqq tagħti każ id-drittijiet soċjali ġġib l-ugwaljanza fost iċ-ċittadini u fir-reġjuni varji tal-Istati Membri.”

Żiedet tgħid: “Irridu nassiguraw futur ta’ prosperità liż-żgħażagħ tagħna. Is-sena Ewropea ddedikata liż-żgħażagħ u l-programm speċjali għal dawk bla xogħol jew mingħajr taħriġ huma importanti fir-rigward. Għax kulħadd jistħoqqlu jesperjenza l-opportunitajiet Ewropej.”

Temmet tgħid: “Flimkien ejja nkomplu naħdmu sabiex insaħħu l-protezzjoni ġurnalistika, id-drittijiet u l-futur tagħna lkoll.”

Ekonomija

Sport