Friday, November 8, 2024

“Nimmissjawkom u nsemmukhom kuljum”

Aqra wkoll

Puttinu Cares qiegħda ssellem il-memorja ta’ “żewġ qaddisin fis-sema”.

Kieku għadu magħna, il-konsulent Victor Calvagna kieku llum jiċċelebra għeluq sninu. Minn naħa l-oħra llum jaħbat sena mill-aħbar kerha tal-mewt taż-żagħżugħ Ramiro Mallia.

Fuq il-paġna ta’ Puttinu Cares intqal dwar kemm ħallew vojt dawn iż-żewġ persuni. “Kemm nimmissjawkom u nsemmukom kuljum. Kif qatt tista’ tfiq il-ferita? Kif qatt nistgħu ninsew il-ġid li għamiltu. Ħudu ħsiebna mis-sema. Inħobbukom wisq”, temmet tgħid il-kitba fuq il-paġna ta’ facebook.

Il-Konsulent Victor Calvagna miet fl-4 ta’ Jannar li għadda wara li fit-28 ta’ Diċembru tas-sena li għaddiet kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Qawra.

Ramiro Mallia miet f’inċident sfortunat wara li ddaħħal l-Isptar Mater Dei b’urġenza minħabba ħruġ ta’ gass fir-residenza fejn kien jgħix proprju sena ilu, iżda sfortunatament huwa kien iċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.

Sport