Friday, May 3, 2024

“Nimxu u naħdmu għar-riżultati u mhux għar-retorika” – id-DPM Chris Fearne

Aqra wkoll

Fl-indirizz tiegħu waqt il-business breakfast organizzat mill-Partit Laburista bit-tema “Inġeddu Malta Flimkien”, id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne tkellem dwar il-pandemija tal-Covid-19 u kif din laqtet l-oqsma kollha tal-ħajja tagħna.

Huwa stqarr li minn din il-pandemija ħadna diversi tagħlimiet fosthom ir-reżiljenza – kemm huwa importanti li nibnu fuq pedamenti sodi, li nimxu u naħdmu għar-riżultati u mhux għat-retorika u fl-aħħar nett li nimxu fuq il-fatti u mhux fuq il-populiżmu.

“Dawn il-lezzjonijiet irridu neħduhom u napplikawhom għall-politika tagħna ta’ issa u għall-futur,” qal Fearne. “Għax irnexxielna naħdmu flimkien, bħala Malta waħda, ninsabu fit-triq it-tajba.” 

Waqt li rrikonoxxa li l-pandemija għadha magħna, id-Deputat Prim Ministru qal li l-mira hi li nkomplu niftħu b’mod kkalkulat, galbet u xjentifiku. “Dan sabiex kull ġimgħa jew ħmistax nagħmlu pass ‘il quddiem. Mhux nagħmlu żewġ passi ‘l quddiem u erbgħa lura.”

Id-Deputat Prim Ministru Fearne temm jgħid li dan huwa l-Partit Laburista tal-futur, li jibni fuq is-sod, li jimxi fuq ir-riżultati, li joqgħod mal-fatti u mhux mal-populiżmu u li jaħdem mal-kumplament tas-soċjetà.

Sport