Tuesday, April 23, 2024

Min jilgħab man-nar fl-aħħar jinħaraq

It-temp estrem li kellna fix-xhur tas-sajf joħloq ċiklu ta’ diżastri

Anthea Cachia
Anthea Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

It-tibdil fil-klima mhux xi ħaġa ġdida għall-popolazzjoni ta’ din id-dinja. Mas-snin rajna kemm-il darba l-effetti qerrieda tagħha u l-lista ta’ dawn l-effetti hija wisq twila biex wieħed isemmihom kollha.

Iżda l-aktar tlieta riċenti qiegħdin jissemmew ta’ spiss mill-aħbarjiet, pjuttost b’rata inkwetanti. Mewġ ta’ sħana, nirien u għargħar. B’xi mod jew ieħor stajna nobsru li għandhom x’jaqsmu mat-tibdil fil-klima, iżda kontu tafu bil-konnesjoni?

Skont studju ppublikat mill-ġurnal Climactic Change sabu li aktar kemm il-livell ta’ global warming ikun għoli, aktar jiżdied il-frekwenza jew is-severità jew it-tnejn ta’ temp sħun, għargħar u nixfa.

In-nirien u l-mewġ ta’ sħana

Tajjeb li nibdew mill-għeruq tal-problema. Fattur wieħed li qiegħed jagħmel l-akbar ħsara huwa propju l-emmissjonijiet tal-ħruq tal-fossil fuels. L-akbar konsumatur ta’ dawn huwa ċ-Ċina. Kawża tal-użu eċċessiv tiegħu, it-temperatura globali telgħet minn 1.5 gradi celcius miż-żmien ta’ revoluzzjoni industrijali.

Skont tim internazzjonali magħmul minn xjentisti għall-klima, il-mewġa ta’ sħana, li kisret ir-rekords f’partijiet fl-Istati Uniti u l-Kanada, f’Ġunju li għadda, ma kinitx isseħħ li kieku it-tibdil fil-klima ma jeżistix. Saħqu li t-tibdil fil-klima żied il-probabiltà ta’ mewġa ta’ sħana għal 150 darba aktar. 

X’jiġri meta jkun hemm mewġa ta’ sħana? Massa kbira ta’ arja sħuna tifforma fl-atmosfera. Kawża t’hekk tifforma aktar pressjoni mill-arja sħuna tant li tibda timbotta din arja l-isfel. Jiġri iżda li meta l-arja tiġi ikkompressata iżjed l-isfel, tkompli toħloq aktar sħana. Għalhekk, meta din il-pressjoni ta’ sħana iddum aktar minn żewġ ġranet tiġi ddikjarata uffiċjalment bħala mewġa ta’ sħana

Dawn huma aktar komuni fis-sajf għax il-jet stream, jiġifieri kurrent tal-arja dejjaq li jiċċirkola il-pjaneti inkluż id-dinja tagħna, idur max-xemx. 

Filwaqt li n-nirien jistgħu jiġu kkawżati faċilment min-nies, dan l-aħħar, b’mod partikolari fis-sajf, rajna dawn ħafna li żviluppaw b’mod “naturali”, fosthom fi Spanja, fit-Turkija u fil-Greċja. 

Ċiklu sħiħ, b’perjodi sħaħ ta’ sħana estrema jixrob bla waqfien mill-veġetazzjoni u l-art sakemm tinbed fjamma waħda. Din tikkawża ħsarat kbar u bħal maġġoranza tal-każi, irreparabbli. 

Iżda l-effett domino ma jieqafx hemm. Aktar kemm iż-żona li jibda n-nirien fi ħdanu jkun kbir, aktar għandek ċans ta nirien kbar. Peress li n-nirien jinħakmu b’rata mgħaġġla ħafna, joħolqu effett meteoroloġiku ieħor, u jiffurmaw sħab magħruf bħala pirokumulonimbus. Dawn huma sħab kbar li jikkawżaw ragħad kbir u eċċessiv. 

Sadanittant, ir-ragħad, li huwa wieħed mit-tliet fatturi li jikkawżaw nirien (flimkien mas-sħana, ir-riħ u l-fjuwil), ikompli jqabbad aktar nirien. 

It-tibdil fil-klima qiegħed iżid in-nirien? 

Jonathan Watts, editur tas-sezzjoni li titratta l-ambjent globali fil-gazzetta Ingliża, The Guardian, saħaq li minkejja li għandna problema bit-tibdil fil-klima qiegħdin naraw inqas nirien minn qabel. 

Minkejja dan huwa spjega li issa qiegħed ikollna tipi differenti ta’ nirien. “Issa qiegħdin  naraw nierien aktar qawwijin u b’saħħithom. Dan għaliex qiegħdin iseħħu f’żoni fejn hemm aktar siġar. Meta jkun hemm kwantita kbira ta’ karbonju li qiegħed jiċċirkola fl-atmosfera, in-nirien idumu aktar u jsiru aktar diffiċli biex jintfew”, spjega Watts. 

Is-sħana u l-għargħar

F’ċertu partijiet fl-Ewropa, ammont ta’ xita li normalment jinżel fi żmien xahrejn, niżel f’jumejn. Ir-riżultati kienu devastanti. Il-pajjiżi l-aktar milquta kienu  l-Ġermanja u l-Belġju. 

Aktar kemm ikollna sħana aktar ikollna l-atmosfera tiġbed umdia. F’ċiklu meteorolġiku ordinajru permezz tal-evaporazzjoni jinħolqu sħab u sussegwentement, ix-xita.  Għaldaqstant,  peress li qed ikollna ammont eċċessiv ta’ sħana (li permezz tiegħu jiġi evaporat u jsir is-sħab), aktar ikollna xita eċċessiva. 

Aktar agħar minn hekk, biex tkompli żżid mal-problema tal-għargħar, normalment il-veġetazzjoni tassorbi l-ilma tax-xita, iżda jekk il-ħamrija tkun maħruqa, l-ebda ilma ma jiġi assorbit u b’hekk l-ilma jkompli jakkumula. 

Peter Gleick, speċjalista tal-ilma fi ħdan l-Akkademja Nazzjonali Amerikana għax-Xjenza saħaq li ma jfissirx li ż-żoni li fihom qed jinħolqu dawn iċ-ċirkustanzi, huma l-istess żoni li se jsofru fihom. 

“F’żoni fejn ikun kemm ‘produzzjoni ta’ għargħar, fosthom is-Siberja, l-għargħar jista’ jinżel f’żoni iżgħar bħal Ġermanja u l-Belġju,” spjega Peter. 

Riċentament, fl-Istati Uniti kien hemm New York u New Jersey li kienu fi stat ta’ emerġenza kawża ta’ għargħar, tant li kien hemm numru estensiv ta’ fatalitajiet wara li ħafna nies mietu mgħerrqin fil-vetturi tagħhom u anke ġo darhom. 

Ftit mill fatalitajiet ikkawżati minn għargħar madwar id-dinja fl-2021:

*196 imwiet fil-Ġermanja;

*42 imwiet fil-Belġju;

*żewġ imwiet fir-Rumanija;

*mewt wieħed fl-Italja u ieħor l-Awstrija.

Uħud min-nirien minn madwar il-kontinent Ewropew fl-2021:

  • Fl-Italja kien hemm nirien: f’Abruzzio, f’Apulia, f’Basilicata, f’Liguria, f’Calabria, f’Campania, f’Lazio, f’Sardinia, fi Sqallija u fit-Toscana;
  • F’Franza kien hemm nirien: f’ Provence-Alpes-Côte d’Azure;
  • Fil-Greċja kien hemm nirien: f’Euboea, f’Peloponnese u f’Attica;
  • F’Spanja kien hemm nirien: f’Sierra Bermeja, f’ Estepona, Benahavis, Jubrique, Genalguacil, Júzcar, Alpandeire, Faraján u Pujerra
  • Fit-Turkija  kien hemm nirien; f’aktar min 53 provinċji, inkluż; Antalya, Adana, Isparta, Mersin u Osmaniye; 
  • Fir-Russja kien hemm nirien fis-Siberja.

Sport