Thursday, December 26, 2024

Ninsab determinat li nkompli naħdem sabiex fil-futur, inkun qed nilgħab f’livelli għoljin – Zean Leonardi

Aqra wkoll

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?

L-imħabba tiegħi għall-futbol bdiet minn ta’ etá żgħira ħafna. Ta’ tliet snin kont dejjem inkun il-grawnd minħabba li missieri kien jilgħab il-futbol u allura l-futbol minn dejjem kien parti minn ħajti.

X’tikkummenta fuq l-esperjenza tiegħek sa issa ma’ Pietá Hotspurs?

L-esperjenza tiegħi mat-tim ta’ Pietá Hotspurs hija waħda tajba ħafna. Il-klabb tal-Pietá dejjem jagħti ħafna ċans lill-plejers żgħar fl-etá bħali mat-tim tal-kbar u kulħadd iqis lil xulxin bħala familja waħda.

X’tikkummenta fuq l-istaġun li għadda, kemm għalik personali kif ukoll għal Pietá Hotspurs?

Kien staġun mimli emozzjonijiet fejn bħala tim irnexxielna nilħqu tragward importanti tal-klabb, dak tat top 6. Kien staġun fejn kellna l-iżgħar skwadra fiċ- Challenge League u ta’ dan ngħid grazzi kbira lill-kowċ Manuel Caruana u l-kowċ Joseph Farruiga, il-bqija tal-Coaching staff u l-kumitat kollu talli jemmu fina ż-żgħażagħ!

X’tikkummenta fuq il-kowċ Manuel Caruana?

Il-kowċ Manuel Caruana flimkien mal-istaff tekniku, dejjem ikunu hemm sabiex jgħinuna ngħollu l-livell tagħna kemm individwalment kif ukoll bħala tim … dejjem ikunu warajna kemm fit-tajjeb kif ukoll fil-ħażin! 

U fuq il-kumitat immexxi mill-president Mark Tanti ?

Il-kumitat dejjem ipoġġi lilna qabel kollox. Kull darba li jkollna bżonn xi ħaġa, dejjem ikunu hemm għalina.

Taqbel li hemm differenza ta’ livell bejn it-timijiet ta’ fuq u dawk ta’ taħt?

Xi ftit differenza jkun hemm bilfors, iżda nemmen li kull tim jista’ jagħti logħba lil kulħadd!

Kif jirnexxielek tlaħħaq max-xogħol / studji tiegħek u mal-futbol?

Permezz ta’ time-management tajjeb, jirnexxieli nsib bilanċ bejn il-futbol u l-ħajja personali. 

X’inhuma s-sagrifiċċji li plejer tal-futbol irid jagħmel sabiex ikun tajjeb?

Is-sagrifiċċji li jkollu jagħmel plejer huma ħafna. Trid togħqod attent x’tiekol u x’tixrob, fix ħin tiekol u kemm tiekol. Trid tieħu ħsieb lilek nnifsek kemm mil-lat fiżiku kif ukoll minn dak mentali.

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol?

Ninsab ħerqan ħafna għall-futur fejn nixtieq inkompli ntejjeb il-prestazzjonijiet tiegħi kif ukoll naħdem iktar biex nilħaq it-tragwardi kemm mal-Pietá, kif ukoll mat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena. Ninsab determinat li nkompli naħdem sabiex fil-futur, inkun qed nilgħab f’livelli għoljin.

Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u / jew żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera ta’ suċċess fil-futbol.

Nixtieq ngħaddi messaġġ liż-żgħażagħ sabiex ma jaqtgħu qalbhom qatt u dejjem iżommu saqajhom mal-art!

Minn Cristian Muscat

Kemm int kuntent bil-grawnds fejn tilagħbu l-logħob taċ-Challenge League?

Kuntent ħafna bil-grawnds ta’ pajjiżna. Jidher biċ-ċar li qed isir xogħol tajjeb ħafna f’dawn l-istess grawnds.

Ekonomija

Sport