“Ninsab imċekken quddiem dan ir-riżultat”

- Keith Azzopardi Tanti

0
12

Kandidat Laburista ieħor li se jkun qiegħed jiġi elett mal-ewwel għadd hu Keith Azzopardi Tanti fejn ġab ammont kbir ta’ voti.

F’kummenti mal-midja qal li jinsab imċekken quddiem dan ir-riżultat u fl-istess waqt iħoss responsabbilità biex jirrapreżenta lil dawk kollha li vvotawlu bl-aħjar mod posibbli fil-Parlament il-ġdid.

Hu qal ukoll li din hija rebħa storika għal Partit Laburista hekk kif il-poplu jaf li dan il-Gvern għin lin-nies biex jgħixu ħajja aħjar.