Sunday, May 31, 2026

Il-PL qed jipproġetta distakk ta’ madwar 20,000 vot

Aqra wkoll

L-analisti tal-Partit Laburista qegħdin jipproġettaw distakk favur il-Partit Laburista ta’ 20,671.

Dan qiegħed ikun imbassar fid-dawl li s’issa ġew magħduda 248,328 vot, minn 649 kaxxa. B’kollox hemm 833 kaxxa.

Dan id-distakk jittraduċi ruħu għal differenza ta’ 6.9%, bil-PL jikseb 51.7% tal-vot u l-PN 44.8%.

Il-Partit Laburista qiegħed ikun proġettat li jirbaħ mill-1 sas-7 distrett elettorali filwaqt li d-distretti l-oħra qed ikunu imbassra li se jintrebħu mill-PN. L-akbar distakk qiegħed ikun proġettat fit-tieni distrett elettorali, fejn il-PL hu imbassar li se jkollu distakk ta’ aktar minn 8,700 vot. Minn naħa l-oħra, l-iżgħar distakk li qed ikun imbassar huwa dak irreġistrat mit-tlettax-il distrett elettorali, bil-PN jikseb distakk ta’ 307 voti.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport