Wednesday, July 24, 2024

“Ninsab kburi bik” – Joseph Muscat lil Daniel Attard

Aqra wkoll

Ftit jiem biss qabel l-Elezzjoni għall-Parlament Ewropew, l-Eks Prim Ministru u l-Eks Mexxej tal-Partit Laburista Dr Joseph Muscat bagħat messaġġ lill-Kandidat Laburista Daniel Attard fejn awguralu għall-kampanja pożittiva li rnexxielu jagħmel.

Muscat qal li jiftakar li sena ilu Daniel prattikament beda mix-xejn, iżda beda jaħdem qatigħ, qadef kontra ħafna kurrenti u llum irnexxielu jasal sal-aħħar tragward qabel dawn l-elezzjonijiet.

Joseph Muscat qal ukoll lil Daniel li jinsab kburi ħafna bih u japprezza ħafna l-appoġġ li wera lilu u lill-familja tiegħu sa mill-ewwel ġurnata. Muscat kompla jgħid li jinsab kunfidenti li n-nies f’Daniel qed jaraw xaqq ta’ tama u ta’ kuraġġ u li hu huwa eżempju ċar ta’ kif taħdem bla biża’, b’mod seren, b’saħħu, reżolut u kompetenti fil-politika f’Malta u fl-Ewropa.


Tista’ ssegwi dan il-messaġġ hawnhekk: https://www.facebook.com/reel/946432313945013

Ekonomija

Sport