Wednesday, April 24, 2024

“Ninsabu lesti biex nibdew il-ħidma Parlamentari bħala Grupp magħqud” – il-PM

Aqra wkoll

Fl-isfond tal-fatt li għada jiftaħ mill-ġdid il-Parlament għall-14-il leġiżlatura tiegħu, il-Prim Ministru Robert Abela qal li jinsabu lesti biex jibdew din il-ħidma u li se jkunu qed jagħmluha bħala grupp magħqud.

Fil-kummenti li nkitbu minn xi uħud mill-Membri Parlamentari Laburisti qalu li flimkien bħala tim magħqud se jkomplu bil-ħidma, biex l-elf proposta jsawruhom f’elf kisba.

Hekk kif għada jiftaħ il-Parlament, qabel is-seduta inawgurali se ssir quddiesa. Wara l-quddiesa mistennija ssir iċ-ċerimonja tal-ġurament tal-ħatra tad-79 deputat li se jkunu qed jiffurmaw l-14-il leġislatura għall-5 snin li ġejjin.

Sport