Ninsabu mnikkta bit-telfa ta’ Philip Farrugia Randon, awtur tal-ktieb Puttinu u Toninu. Se nibqgħu għal dejjem grati għall-ġenerożità tiegħu li ħallielna nużaw isem il-ktieb tiegħu għall-fondazzjoni tagħna.
Dan kien il-messaġġ li wasslet Puttinu Cares permezz ta’ messaġġ fuq il-mezzi soċjali. Puttinu rrimarka li l-qalb tajba u l-wirt tiegħu dejjem se jkollhom post speċjali f’qalbhom.
Huma wasslu l-kondoljanzi sinċieri tagħom mal-familja u l-maħbubin tiegħu matul dan iż-żmien diffiċli.

