Thursday, August 21, 2025

Nirien f’għalqa kawża ta’ logħob tan-nar li ħa ħażin

Filmat fuq il-midja soċjali qajjem tħassib… Ħadd ma weġġa’

Aqra wkoll

Filmat li ċċirkola fuq il-midja soċjali l-Erbgħa filgħaxija wera nirien f’żona fejn fil-madwar hemm fustuni tal-festa. Il-filmat li fih dehret anke splużjoni żgħira qajjem tħassib fost il-pubbliku minħabba periklu li seta’ kien hemm u l-possibbiltà li xi ħadd seta’ weġġa’.

Dan is-sot għamel kuntatt mal-Pulizija fejn ikkonfermawlna li fit-8.45 ta’ filgħaxija tal-bieraħ fil-fatt daħal rapport li fi Triq tal-Qasbi, f’San Ġiljan ħa xi logħob tan-nar f’għalqa.

Mill-informazjoni li tawna, persuna ċemplet għall-assistenza u l-membri tal-Protezzjoni Ċivili marru fuq il-post tal-inċident. B’suċċess dawn ikkontrollaw u tfew in-nirien. Fortunatament, ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport