Nirien fil-muntanji ta’ Adolf Hitler, magħrufa bħala l-“Eagle’s Nest”, fil-Ġermanja

Aqra wkoll

Ġie arrestat raġel, wara nirien fir-residenza tal-muntanji ta’ Adolf Hitler, magħrufa bħala l-“Eagle’s Nest”, fil-Ġermanja.

Madwar 200 pumpier iġġieldu kontra n-nirien kbar fil-kumpless tad-dittatur Nażista, li jinsab f’post imwarrab u diffiċli biex tintlaħaq fl-Alpi tal-Bavarja.

Hekk kif resqu lejn il-post, il-pumpiera raw fjammi telgħin għoljin fl-arja, u mbagħad sabu l-bini, kollu kemm hu maħkum min-nar. Fi stqarrija, il-Pulizija qalet ukoll; “Persuna suspettuża ttieħdet taħt kustodja temporanja”. 

Il-kelliema tal-pulizija Lisa Maier qalet li l-pumpiera sabuha diffiċli biex jikkontrollaw in-nirien kbar minħabba l-post fejn jinsab il-bini, f’altitudni ta’ madwar 6,000 pied.

Mibnija mill-ġebel u l-granit, ir-residenza toffri veduta eċċezzjonali tal-pajsaġġ pittoresk tal-Alpi fil-Bavarja, u kienet iddisinjata biex timpressjona lid-diplomatiċi barranin.

Baqgħet teżisti wara t-Tieni Gwerra Dinjija mingħajr ma ġarrbet ħsara.

Mill-1952 ’l hawn, il-post jospita esebizzjoni li tirrakkonta l-istorja Nażista tad-dar, kif ukoll ristorant.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport