Friday, November 15, 2024

Nirien jaħkmu lukanda fl-Ingilterra li kienet qed toffri kenn lir-refuġjati Ukreni

Aqra wkoll

Lukanda fl-Ingilterra li ilha mibnija madwar 400 sena u li fiha kienu qed jistkennu wħud mir-refuġjati Ukreni, inħakmet min-nirien li bdew fil-propjetà ta’ maġenbha.

Numru ta’ pumpiera ssejħu fil-lukanda Angel Inn u fi propjetà oħra maġenbha f’Midhurst, West Sussex, fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu.

Huwa magħruf li l-ewwel fjammi ta’ nar bdew ftit wara s-1 a.m. (ħin lokal) f’bini li jiġi bieb ma’ bieb ma’ din il-lukanda storika f’North Street, sakemm imbagħad infirex għal fuq is-saqaf tal-lukanda.

Wieħed mir-residenti li jgħix faċċata taż-żewġ binjiet, u li rahom jieħdu n-nar, qal li madwar 30 persuna, inkluż xi tfal, ġew evakwati mil-lukanda. “Kien hemm ammont ta’ refuġjati Ukreni,” spjega l-istess bniedem. Dan kien irrappurtat mill-midja Ingliża Metro.

Fortunatament, s’issa jidher li għad m’hemmx imwiet irrappurtati.

Ekonomija

Sport