Saturday, December 21, 2024

Nirien kbar jaħkmu diversi għelieqi taħt iż-Żebbuġ Għawdex

Aqra wkoll

Il-Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili bħalissa għaddejjin b’operazzjoni biex jikkontrollaw nirien li ħakmu diveri għelieqi taħt iż-Żebbuġ Għawdex.

Konsegwenza ta’ dawn in-nirien ammont ta’ tyres ħadu n-nar ukoll.

X’ħin kollna fuq il-post stajna nisimgħu diversi bombi ta’ murtali jinħarqu man-nirien li kien hemm. Parti mill-post fejn hemm in-nirien hu l-istess post minn fejn jinħaraq in-nar fil-festa ta’ Santa Marija taż-Żebbuġ.

Fuq il-post bħalissa hemm diversi uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili li mill-ewwel ħadu kontroll tas-sitwazzjoni.

Ekonomija

Sport