Nixtieq ngħid grazzi il-poplu Malti u Għawdxi tad-donazzjonijiet li tajtuni sabiex inkun nista nieħu l-kura barra minn Malta iżda ġewwa l-Ġermanja. Kollox għal binti qiegħda nagħmel. Bis-saħħa tagħkom ħa nkun nista nieħu ċans ieħor għal binti. Grazzi u inħobbkom
Dan kien il-messaġġ li wasslet Kimberley Zammit permezz ta’ Facebook, omm ta’ 23 sena li għandha l-kanċer fil-fwied, fil-frixa u f’idejha. Fl-istess messaġġ hija rringrazzjat lil dawk kollha li awgurawlha għal għeluq sninha.