Waqt li żar uħud mill-membri tal-Għaqda Repubblika li bħalissa qed jagħmlu s-sit in quddem il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista beda billi rringrazzjahom għan-nom tal-poplu Malti li bħala Soċjetà Ċivili qed jagħmlu l-azzjonijiet li fi kliemu ħadd m’għandu għalfejn jikkontesta x’inhuma l-istili jew il-modi ta’ kif juru dawn it-tip ta’ protesti tagħhom.
“Qiegħed hawn għax irrid nibgħat messaġġ ċar li żmien l-impunità spiċċa u fuq kollox, żmien il-mibgħeda jrid jispiċċa wkoll. Meta ngħidu qatt aktar, ifisser li qatt aktar le lanqas xi ħadd li qiegħed jagħmel protesta m’għandux b’xi mod jiġi vittimizzat,” qal Grech.