Tuesday, February 17, 2026

“Nirringrazzjaw lil min tagħna l-għajnuna fil-ħsara li seħħet fid-dawl ġewwa Pjazza San Ġorġ”

Aqra wkoll

Nixtiequ nesprimu r-ringrazzjament tagħna, f’isem il-kumpanija tagħna, lill-kumpaniji tal-istess sezzjoni tagħna li tawna l-appoġġ u l-għajnuna tagħhom wara l-ħsara li seħħet fid-dawl ġewwa Pjazza San Ġorġ.

Dan kien il-messaġġ li wasslet il-kumpanija tal-Karnival magħrufa bħala Toto Perżuta, fejn ingħad li f’mumenti bħal dawn, is-solidarjetà u l-kollaborazzjoni bejnietna jagħmlu differenza kbira u juru tassew il-valur tal-komunità li nagħmlu parti minnha.

Huma rringrazzjaw lil kull min offra l-għajnuna u s-sapport tiegħu. Napprezzaw ħafna dan il-ġest u nħarsu ’l quddiem biex inkomplu naħdmu u nieħdu pjaċir f’dawn l-aħħar jiem.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport