Friday, December 20, 2024

“Niskuża ruħi jekk ikun hemm xi ħadd li jirċievi l-appuntament iżda dan ikun diġà miet” – Il-Ministru Chris Fearne

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Niskuża ruħi minn issa jekk ikun hemm xi ħadd jirċievi appuntament, jirċevuh il-qraba tiegħu u dan ikun diġà miet, iżda m’hemmx ċans nirfinaw il-listi”. Saħaq dan bil-quddiem il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne waqt intervista li kellu tard ilbieraħ filgħaxija.

Fearne appella biex dawn il-persuni jikkuntattjaw lill-145 biex javżaw sabiex it-tilqima tkun tista’ tingħata lil ħaddieħor.

Il-Ministru qal li pajjiżna jinsab minn ta’ quddiem fid-dinja li għandu l-ordnijiet imwegħdin u li diġà beda jlaqqam lill-poplu.

Skont il-ftehim, pajjiżna, kull nhar ta’ Tnejn qed jirċievi konsenja żgħira ta’ tilqim. Huwa kkonferma li sat-Tnejn li għadda waslu Malta 26,550 doża. Rigward il-proċess, il-Ministru qal li l-awtoritajiet Maltin imxew mal-parir tal-Pfizer u dawk it-tilqim li jaslu qed jinqasmu u b’hekk ikun hemm riżervata t-tieni doża. Fearne qal li pajjiżi oħra telqu jiġru u qed jaffaċċjaw kumplikazzjonijiet u m’għandhomx ċertezza li se jkollhom biżżejjed dożi. Oħrajn saħansitra ħlew dożi li ma nżammux fit-temperatura indikata. 

It-Tnejn li ġej se tasal konsenja ta’ kważi 15,000 doża u b’kollox ikunu waslu ftit aktar minn 40,000 doża.

Rigward l-AstraZeneca, Fearne qal li jidher li sal-aħħar ta’ dan ix-xahar  l-Awtoritaà tal-Mediċini Ewropea se tkun f’pożizzjoni li tapprova dan il-vaċċin. Minkejja ftehim li pajjiżna għamel li fi żmien sena pajjiżna jingħata miljun doża, kollox jiddependi minn kemm dawn se jagħtuna tilqim kmieni.

Rigward żmien il-Karnival, Fearne mill-ġdid appella biex ma jsirx l-iżball li sar fil-Milied u fl-ewwel tas-Sena. Fearne qal li d-deterrent tal-irresponsabbilitajiet ta’ xi individwi jaffaċjawa l-frontliners li qed iħabbtu wiċċhom ma’ dawk li jispiċċaw fl-ITU jissieltu għan-nifs.

Ekonomija

Sport