Monday, December 9, 2024

Tibdil fil-liġi b’rabta ma’ testijiet tad-droga f’korpi dixxiplinati

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fil-jiem li ġejjin se titressaq emenda fil-liġi li tagħti aktar saħħa lill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku f’każijiet fejn individwi f’korpi dixxiplinati jirrifjutaw li jagħmlu t-test għad-droga.

Kien il-Ministru għall-Intern, Sigurtà Nazzjonali u Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri li informa b’dan lill-Parlament wara sensiela ta’ mistoqsijiet mid-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami.

Fenech Adami xtaq ikun jaf kemm saru testijiet fuq pulizija, suldati u gwardjani tal-Ħabs  matul is-sena li għaddiet biex jaraw ħadux xi droga u kemm minnhom instabu pożittivi.

Camilleri wieġbu li minn 41 gwardjan tal-Ħabs li sarilhom it-test tnejn irriżultaw pożittivi, minn 141 test fuq suldati nstabu tlieta pożittivi u minn żewġ testijiet fuq pulizija wieħed instab pożittiv.

Fil-każ tal-Forzi Armati kien hemm ukoll uffiċjal li twaqqaf mill-armata wara li rrifjuta li jagħmel it-test waqt li kandidat li applika mas-sejħa li ħarġet lejn l-aħħar tal-2020 irriżulta pożittiv waqt it-testijiet mediċi ta’ proċedura.

Ekonomija

Sport