Sunday, December 22, 2024

“Nisperaw li nieħdu ammont ta’ xita għax vera tal- biki jekk nibqgħu hekk”- Aġġornament tat-temp

Aqra wkoll

Riħ forza sitta b’buffuri ta’ Forza sebgħa messew il- gżejjer Maltin matul dan il-lejl. Ftit raxxa xita dalgħodu bejn it-3:15 a.m u aktar kmieni dalgħodu. Xita ħafifa u Għawdex jibqa xott.

Il-previzjoni kienet ta’ ammont ta xita dalgħodu speċjalment għat-8:00 a.m. Dan kien il-messaġġ li wassal Gordon Grech permezz tas-sit Aġġornament tat-Temp, wieħed mill-aqwa bassara tat-temp fil-gżejjer Maltin.

Huwa qal;” Nisperaw li nieħdu ammont ta’ xita għax vera tal- biki jekk nibqgħu xotti. Huwa minnu li riħ għen biex il-qofol tal- maltemp jintefa fuq Sqallija lejn iċ Ċentru u l-Punent tagħha”.

Tenna li r-riħ jibda jnaqqas mas sebħ u jibda jdur lejn Ilbiċ. Grech spjega li aktar tard illejla, ir-riħ mistenni jdur majjistral.

Ekonomija

Sport