Wednesday, July 24, 2024

Nistennew ġimgħa b’riħ ftit qawwi

Aqra wkoll

Hekk kif din il-ġimgħa esperjenza ftit ieħor xita li kienet tajba ħafna għal prodotti fl-għelieqi f’pajjiżna, wieħed jista’ jgħid li s’issa niżlet ftit aktar min-nofs il-medja tax-xita. FIl-fatt mill-1 ta’ Settembru s’issa niżlet 237mm.

Iżda Gordon Grech li jmexxi s-sit l-Aġġornament tat-Temp jgħid li qiegħed josserva li l-ġimgħa d-dieħla se jkollna ġranet bir-riħ.

It-temp għal ġimgħa d-dieħla se jkun hekk: Għada t-Tnejn ftit imsaħħab li jisaħħab ħafna kultant bil-possibilita ta’ xi xita speċjalment waranofsinhar. Ir-riħ se jkun qawwi Forza 5 mill-Punent Majjistri li jkompli jżid għal Forza 6 buffuri ta’ Forza 7 mill-Majjistral waranofsinhar.

It-Tlieta t-temp ikun ftit imsaħħab b’riħ Forza 6 mill-Majjistral filwaqt li l-Erbgħa jibqa’ msaħħab iżda r-riħ jinżel Forza 5. Il-Ħamis għalkemm ma hemm l-ebda xita xorta se jkun imsaħħab bil-riħ mill-Punent Majjistru jkun Forza 5 u jinżel għal 4.

Għal tmiem il-ġimgħa, it-temp mistenni li jkun ftit imsaħħab fejn il-Ġimgħa r-riħ ikun il-Lbiċ Forza 4 li jdir Xlokk aktar tard u jitla’ Forza 5. Is-Sibt imbgħad ikun ftit jew wisq imsaħħab b’riħ Forza 6 mix-Xlokk.

Il-Ħadd imbgħad ir-riħ ikun Forza 6 mix-Xlokk li jinżel Forza 5 iżda jdir mil-Lbiċ. Dakinhar it-temp ikun ftit imsaħħab.

Ekonomija

Sport