Monday, September 23, 2024

Se toħroġ is-sejħa għal Avukati u Periti li jkunu ta’ referenza għaċ-ċittadin f’każi ta’ żvilupp

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt li kien qed jindirizza attività politika fil-Workers’ Memorial Building, il-Belt Valletta, il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela ħabbar li l-ġimgħa d-dieħla se toħroġ is-sejħa biex Avukati u Periti jkunu jistgħu jagħtu s-servizz tagħhom bla ħlas lil ċittadini li jkunu milquta b’mod negattiv minn xi żvilupp li jkun qed iseħħ ħdejhom.

Huwa spjega li din kienet waħda mill-inizjattivi immedjati li ħabbar l-Erbgħa li għadda, wara l-pubblikazzjoni tal-inkjesta pubblika dwar il-mewt ta’ Jean Paul Sofia. Dik li jingħata leħen akbar liċ-ċittadin b’sistemi aħjar u aktar aċċessibbli biex l-argument taċ-ċittadini fuq nuqqas ta’ osservanza ta’ regoli jasal b’mod effikaċi.

Dr Abela fisser dan kollu bħala sinjal ċar tal-prijorità li qed jagħtu lil din l-inizjattiva b’saħħitha fis-settur tal-kostruzzjoni. “Irridu li ċ-ċittadin li jkun fil-kwiet ta’ daru ma jħossux ċkejken għaliex kontrih għandu l-kbir li jħoss li ma jistax ilaħħaq miegħu,” tenna l-Prim Ministru.

Sport