Saturday, May 18, 2024

“Nistennew ġustizzja” … ivvandalizzat is-Salib tad-Dejma f’Ħal Qormi

Aqra wkoll

Is-Salib tad-Dejma li jinsab fi Triq Tal-Ħandaq Ħal Qormi, wirt storiku Malti, safa ivvandalizzat.

Ħabbar dan il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi li filwaqt li kkundanna bla riżerva dan l-att vandalu, qal li dan seħħ wara li l-Kunsill Lokali ħabbar li se jsir restawr fuq dan il-monument u jiġi miżmum kif suppost. Il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi qal li jistennew ġustizzja mal-poplu Qormi u l-Wirt Storiku Malti.

Dan l-att vandalu ġie kkundannat minn bosta persuni fosthom il-Ministru Roderick Galdes u l-Ministru José Herrera.

Il-Ministru Galdes qal li se jkun qed jagħti s-sostenn tiegħu lill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi biex dan il-monument jiġi rrestawrat. Qal li hija tassew ħasra li ma napprezzawx il-wirt storiku ta’ madwarna.

Il-Ministru Herrera qal li mhux aċċettabbli li l-patrimonju tagħna jiġi mfarrak u vandalizzat u żied jgħid li se jara li jittieħdu l-passi neċessarji biex isir ħaqq ma’ dan il-monument. Qal li dak li ġara lil dan il-monument, li kien se jiġi restawrat fi żmien li ġej, huwa ta’ għajb għalina lkoll. 

Sport