Saturday, May 4, 2024

Tfal taħt il-ħames snin m’għandhomx bżonn jagħmlu test tal-Covid-19 biex jattendu l-airshow

Aqra wkoll

Tfal taħt il-ħames snin m’għandhomx bżonn jagħmlu test tal-Covid-19 qabel ma jattendu l-Airshow u jistgħu jiġu akkumpanjati minn ġenitur jew persuna oħra responsabbli li huma kompletament imlaqqmin.

Permezz ta’ stqarrija, l-organizzaturi ta’ dan l-avveniment qalu li huma obbligati li jirrispettaw ir-regolamenti maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa.

Huma rrefefew għal messaġġ preċedenti li kitbu u spjegaw li tfal ta’ bejn il-5 snin u l-11-il sena (iż-żewġ etajiet inklużi) u nisa tqal għandhom jagħmlu PCR test sa 72 siegħa qabel l-avveniment jew Rapid test sa 24 siegħa qabel l-avveniment.

L-organizzaturi qalu li jekk hemm min jixtieq japplika għar-rifużjoni tal-biljett, jistgħu jagħmlu dan billi jibgħatu email bit-talba tagħhom, filwaqt li jinkludu n-numru ta’ referenza tal-biljett tagħhom, fuq [email protected]

Sport