Wednesday, April 24, 2024

F’Londra: Għalliema tal-primarja ta’ 28 sena tinqatel

Anthea Cachia
Anthea Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Sabina Nessa, għalliema tal-primarja, nstabet mejta f’park fin-naħa t’isfel ta’ Londra. Raġel li għandu ‘l fuq minn 40 sena, li kien isuspettat li qatel lit-tfajla, inħeles mill-arrest,  sakemm isiru aktar investigazzjonijiet. 

L-Ingliża ta’ 28 sena, instabet f’Cator park, Greenwich, ftit ‘il bogħod mill-iskola Primarya Rushey Green f’ Catford, il-post li kienet ilha taħdem fih għal dawn l-aħħar sena u ftit xhur.  Uffiċjali Ingliżi ġew magħrufa bil-katavru nhar is-Sibt għal ħabta ta’ 5:32 wara nofsinhar, wara li kienet hemm mingħajr ħadd ma nduna għal madwar 24 siegħa. 

L-Ispettur inkarigat fuq dan il-każ, Joe Garrity saħaq, “minn investigazzjonijiet preliminarji jidher li l-attakk fatali seħħ nhar il-Ġimgħa, 17 ta’ Settembru fit-8:30 ta’ filgħaxija, ħin fejn diversi nies iżuru dan il-park fosthom persuni jagħmlu l-eżerċizzju jew imexxu l-klieb tagħhom.”

Garrity saħaq li Sabina nstabet qrib ċentru ta’ kommunità bl-isem ta’ OneSpace u għaldaqstant spjega kif apparti li għadhom qiegħdin jinterrogaw u jinvestigaw serrħu ras dawk kollha li joqgħodu fil-viċinanza li se jkun hemm aktar gwardjani jduru ż-żona fejn sar id-delitt kif ukoll żoni oħra f’Lewiisham u Greenwich. 

Sport