F’ringrazzjament aħħar fi tmiem il-kampanja elettorali s-Sindju Mellieħi u kandidat tal-Partit Laburista Dario Vella rringrazzja lil kulħadd tal-appoġġ, iżda fuq kollox lill-għażiża ommu tal-valuri li għaddietlu.
“Il-mara li dejjem għamlet sagrifiċċji kbar biex jien inkompli nagħti lura lil kull omm, lil kull missier u lil kull wild futur isbaħ, futur aħjar”, kiteb Vella.
Huwa fakkar kif tliet snin ilu ngħata l-unur u l-privileġġ li jirrappreżenta lill-Melliħin bħala Sindku tal-lokal u kif sarraf dik il-fiduċja f’titjib.
“Għalhekk illum b’ umiltà qed nitlob il-fiduċja tagħkom fl-Elezzjoni Ġenerali tas-Sibt li ġej. Inwegħedkom li bil-fiduċja tagħkom inkompli b’aktar ħidma qrib kulħadd biex bħala Malta Flimkien Nibnu Futur Sabiħ”, appella Vella.