Saturday, September 14, 2024

“Nitolbok tgħabbini b’responsabbiltà biex immexxi dan il-pajjiż”

Aqra wkoll

Waqt żjara fil-lokalità ta’ Ħal Safi, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li mhuwiex biżżejjed li jkollu viżjoni bi programm elettorali konsultat għaliex din il-viżjoni tista’ titwettaq biss b’vot lill-Partit Nazzjonalista.

Grech qal li f’dawn l-aħħar għaxar snin il-Partit Nazzjonalista kompla jagħti widen lill-poplu u għalhekk wasal iż-żmien biex b’responsabbiltà jitlob l-fiduċja tal-elettorat biex ikun jista’ jmexxi dan il-pajjiż.

Lil dawk li qatt ma vvutaw lill-Partit Nazzjonalista jew li ġieli vvutawlu fil-passat qalilhom li “din id-darba qiegħed nitolbok biex tgħabbini b’responsabbiltà biex immexxi dan il-pajjiż”.

Huwa kompla biex jgħid l-uniku mod biex il-poplu jingħata l-libertà huwa li jagħżel gvern Nazzjonalista u qal li ma jiswa xejn li jkollok il-miljuni l-bank mingħajr din il-libertà li titkellem.

Ekonomija

1 kumment

  1. Kif nista nafda mexxej ta partit li ghall 10 snin Shah ma hallas taxxa u ghall 3 snin zamm il vat f’butu.Smajt wkoll li kien jiddikjara li jaqla 6000 ewro.Imbierek Alla bdawn il flus xtara villa.Hallina nghixu nardu l grieg.

Comments are closed.

Sport