Wednesday, July 24, 2024

“Nitolbu biex fil-familji tagħna jikber ir-rispett lejn xulxin”

- l-Arċisqof Charles J. Scicluna

Aqra wkoll

“Kultant aħna u nsegwu l-midja nisimgħu xi fatt traġiku fil-familja. Vjolenza domestika… abbuż. Illum irridu nitolbu biex fil-familji tagħna jikber ir-rispett lejn xulxin, l-għożża fl-imħabba, il-fedeltà li mhix faċli, il-ħniena u l-mogħdrija.”

Sostna dan fl-omelija tiegħu l-Arċisqof Charles J. Scicluna waqt li lbieraħ filgħodu kkonċelebra quddiesa fil-Knisja Parrokkjali ta’ Santu Wistin fil-Belt Valletta.

L-Arċisqof Scicluna qal li hekk kif qed nibdew sena ġdida tajjeb li nistaqsu għalina Ġesù x’se jkun. “Se jkun is-sinjal li mmeruh jew sinjal ta’ mħabba, ta’ ħniena li nilqgħuh?”.

Huwa wassal ukoll il-messaġġ tiegħu fl-okkażjoni tal-festa tal-familja Mqaddsa, sabiex fil-familji tagħna ma jonqos qatt l-ispirtu li bih lill-Mulej ngħidulu grazzi ta’ dak kollu li għandna u li anke ngħaddu minnu.

“Fl-ispirtu tal-preżentazzjoni tat-tarbija fit-tempju ta’ Ġerusalemm, hemm dan l-att ta’ fiduċja li għamlu Ġużeppi u Marija. Qed jafdaw lil binhom f’idejn Alla u jilqgħu lil binhom bħala rigal ta’ Alla.

“Dan huwa s-sentiment li nħoss kull meta ngħammed xi tarbija li l-ġenituri tagħha jkunu wassluha l-Knisja biex titgħammed. Din il-fidi tal-poplu tagħna li għad jgħożż il-magħmudija tal-ulied, tat-trabi tiegħu, jiena nara l-istess sentiment sabiħ,” tenna l-Arċisqof.

Ekonomija

1 kumment

  1. Jista jghidilna XHASS Charles Jude Scicluna ghall dawk il familji tan Nadur u tal Qala.Tghid forsi ta rigal lill dak lavukat li defenda lill dawk lirgiel li gew abbuzati u qallhom li knisja ma ghandix flus.kissirt knisja bghemilek.Ghamilt bhal ma kien ghamel Mikiel Gonzi meta ta Santa Maria Estate lill barranin u 50 familja baghthom il barra mill irzietet taghhom.It tmexxija tal knisja dejjem rat kif se tisloh lill FIDIL.

Comments are closed.

Sport