Friday, July 26, 2024

Il-finali tal-Coppa Italia fl-Arabja Sawdija

Aqra wkoll

Il-Lega Serie A kkonfermat id-dati u l-ħinijiet tas-semi-finali u l-finali tas-Supercoppa, u żvelat li l-logħob se jmur direttament għal penalties jekk it-timijiet itemmu fi draw wara 90 minuta.

Il-logħob kollu se jintlagħab fl-Al-Awwal Park Stadium, f’Riyadh, f’Jannar 2024 u għall-ewwel darba fl-istorja, il-kompetizzjoni se tinvolvi erba’ clubs, ir-rebbieħa tal-Coppa Italia u tas-Serie A se jingħaqdu mar-runners-up taż-żewġ kompetizzjoni­jiet.

L-ewwel semi-finali se tkun bejn ir-rebbieħa tas-Serie A, Napoli, u r-rebbieħa tal- Coppa Italia, Fiorentina, fit-18 ta’ Jannar u l-għada jilagħbu Inter v Lazio. 

Il-finali ssir fit-22 ta’ Jannar bit-tliet logħbiet jibdew fit-8.00 pm, ħin Ewropew.

Ekonomija

Sport