Saturday, March 7, 2026

“Nitwieldu f’din id-dinja u sakemm naslu biex nissejħu adulti diġà inkunu għaddejna minn ħafna”

Aqra wkoll

“Nitwieldu f’din id-dinja u sakemm naslu biex nissejħu adulti diġà inkunu għaddejna minn ħafna. Hemm biċċiet minna ma waslux u xi wħud għadhom qed jirkupraw minn trawma li l-adulti li suppost ħadu ħsiebhom għaddewhom. Wara nintefgħu naħdmu bla nifs biex forsi nkunu nistgħu ngħixu ħajja normali, waqt li nagħmlu dawn is-sagrifiċċji kollha biex aħna neżistu”.

Dan kien il-messaġġ li wassal Johan Mifsud, fejn qal ukoll; “Imma aħna kull ma nixtiequ hu li nkunu b’saħħitna u kuntenti flimkien bħalma konna meta konna tfal. U mbagħad inħares lejn il-gwerer għaddejjin!”

Saħaq li minħabba ħames minn nies li nħallsu ħajjitna biex dawn għandhom dak kollu li għandhom u tajnihom il-poter li jikkundannaw ħajjitna. F’temp ta’ minuta jfarrku l-ħajjiet kollha, il-ħolm, il-familji u s-sagrifiċċji kollha.

Tenna jgħid; “Għannqu u ħobbu lil uliedkom bla nifs kuljum. Ibqgħu magħhom dejjem. Armi dak il-mobile minn idejk u nżel ilgħab magħhom. Isma’ x’għandhom xi jgħidu. Għannaqhom u agħtihom ħafna mħabba kuljum, ħalli meta tasal il-ġurnata tagħhom li jkunu fejn qegħdin aħna, jistgħu jsiru adulti aħjar minn dawk li kellna qabilna!!”.

Spiċċa billi qal li jixtieq iwassal ħafna imħabba u awgura l-ġurnata t-tajba lil kulħadd.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport