Saturday, December 21, 2024

“Nixtiequ li minflok fjuri, jingħataw donazzjonijiet lil Puttinu”

Il-ġenituri taċ-ċkejken Matthias

Aqra wkoll

Il-ġenituri taċ-ċkejken Matthias Abela appellaw sabiex dawk l-individwi li beħsiebhom jattendu għall-funeral, minflok ma jilbsu l-iswed, jilbsu kuluri daqsxejn vivaċi li jfakkru l-ispirtu ta’ binhom. Barra minn hekk, huma esprimew ix-xewqa li minflok fjuri, jingħataw donazzjonijiet lil Puttinu.

Ritratt: Puttinu Cares

Għada, is-7 ta’ Ġunju, se tingħata l-aħħar tislima liċ-ċkejken Matthias fil-5:00 p.m. fil-Knisja Parrokkjali tal-Qala Għawdex.

Matthias, it-tifel ta’ ħames snin, tilef il-battalja fis-sigħat li għaddew.

Puttinu Cares iddeskrivew lil Matthias bħala tifel li jimla kull fejn ikun bi mħabba kbira. Apparti li kellu leħen ħelu ta’ ċkejken li kien, huwa kellu wkoll l-aċċent Għawdxi li bih kien jikseb is-simpatija ta’ dawk kollha li kienu jkellmuh.

Ekonomija

Sport