Tuesday, November 19, 2024

“Nixtiequ nirringrazzjaw lil Maltin u l-Għawdxin tal-imħabba u sapport li dejjem urejtu f’Jake”- Omm Jake

Aqra wkoll

“Nixtiequ nirringrazjaw lilkom Maltin u Għawdxin li dejjem ħabbejtu u tajtu support lilna u lil Jake, emmintu fih u rajtu biex kull ħaġa li dejjem organizza, tkun suċċess”

Dan kien il-messaġġ li wasslet Maruska Vella, omm Jake, propju ftit tal-jiem wara li fil-Knisja Parrokkjali ta’ Birżebbuġa, is-Sibt dalgħodu sebħet ippakkjata b’folla ġmielha ta’ nies li għażlu li jattendu għall-aħħar tislima ta’ Jake Vella.

Hija qaletl i f;isem il-familja Vella tixtieq tirringrazzja lil kull min kien parti essenzjali fil-ħajja ta’ Jake , lill-familji rispettivi tagħhom, lill-ħbieb, kif ukoll b’mod speċjali lil ħaddiema ta’ Mater Dei, l-aktar dawk kollha f’Disneyland ward, fejn Jake għex għal dawn l-aħħar sena u għaxar xhur.

Hija rringrazzjat ukoll lil ITU ward, fejn Jake għex għal l-aħħar ftit żmien qabel għalaq għajnejh. Qalet ukoll; “Intom nies imprezzabbli, ta’ vokazzjoni kbira, sibnikom hemm fl-akbar mewġa ta’ ħajjitna, u għextuha maghna. Intom it tieni familja tagħna”.

Fl-istess messaġġ, Maruska rringrazzjat ukoll lill-isponsors ta’ Jake li fil-ħajja qasira tieghu, raw kif għamlu u dejjem għamluh ferħan. Tenniet li l-familja tixtieq tirringrazzja lil min għen biex il-festa sabiħa ta Jake tkun iċċelebrata kif jixraqlu.

Ekonomija

Sport