‘Il-funeral ta’ Noah iċ-ċkejken tagħna ser isir il-Ħamis li ġej, 31 ta’ Lulju 2025, ġewwa s-Santwarju ta’ Pinu. Nitilqu mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex fl-4:30 pm biex imbagħad fil-5:00 pm tibda l-quddiesa’
Dan kien il-messaġġ li wassal Simon Mizzi, missier iċ-ċkejken Noah, it-tifel ta’ sena u erba’ xhur li sab ruħu f’diffikultà wara li nhar it-Tnejn li għadda waqa’ f’pixxina ta’ residenza privata. Fl-istess messaġġ, il-missier qal li kulħadd huwa mistieden għal funeral.
Mizzi qal ukoll; “Noah messkom imma ma tafuhx, ejjew xorta, mhux se niddejqu. Noah kien jidħaq lil kulħadd u jkompli ma’ kulħadd”. Qal ukoll li fuq xewqa tal-ġenituri u tal-famija, kulħadd huwa mitlub sabiex ma jilbisx ħwejjeġ suwed.
Tenna li; “Noah għalina hu ferħ, u l-Ħamis li ġej għalina rriduha tkun il-Festa ta’ ħajtu, mhux ta’ tmiemu. Noah jibqa’ għal dejjem f’qalbna”