Wednesday, March 27, 2024

Nofs il-vittmi t’omiċidju fl-2022 kienu barranin

B’rabta mal-bqija tal-każi ta’ din is-sena hemm persuni qed jaffaċċjaw proċeduri kriminali

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Pulizija tinsab għaddejja bi tfittxija għall-aggressur jew aggressuri li qatlu Rumen ta’ 44 sena wara argument f’San Ġiljan. Il-każ seħħ aktar kmieni għall-ħabta tat-3:30 p.m fi Triq ir-Ross.

Dan huwa t-tmien omiċidju għal din is-sena. Filwaqt li b’rabta mal-bqija tal-każi għaddejjin proċeduri kriminali kontra persuni akkużati bil-qtil tagħhom, s’issa l-Pulizija għadha għaddejja bit-tfittxija għall-aggressur jew aggressuri ta’ dan l-aħħar omiċidju.

Il-qtil f’Tas-Sliema

L-ewwel omiċidju kien dak li seħħ fit-tieni jum tas-sena fejn Paulina Dembska ta’ 29 sena nstabet maqtula f’Tas-Sliema. Mill-awtopsja kien irriżulta li l-vittma kienet ġiet stuprata u maqtula. B’rabta ma’ dan il-każ għaddejjin proċeduri kriminali kontra l-allegat aggressur Abner Aquilina.

Lawrence Abina/Ritratt: Joe Grech

Rita Ellul kienet it-tieni vittma ta’ din is-sena. L-omm ta’ tlett itfal mill-Iklin ta’ 49 sena kienet instabet mejta f’Għajnsielem Għawdex fis-26 ta’ Frar. Mill-awtopsja rriżulta li hija kienet inqatlet fgata. B’rabta ma’ dan il-każ għaddej proċeduri kriminali s-sieħeb tagħha Lawrence Abina.

Mario Farrugia nstab mejjet f’bagoll f’Ħal Qormi

It-tielet vittma kien Mario Farrugia ta’ 62 sena li nstab mejjet fil-bagoll ta’ karozza f’Ħal Qormi. Huwa kien instab mejjet fl-4 ta’ April wara xi jiem irrappurtat nieqes tant li l-katavru tiegħu kien instab fi stadju qawwi ta’ dekompożizzjoni. B’rabta ma’ dan il-qtil għaddej proċeduri kriminali Eliot Paul Busuttil.

Maher Sajem akkużat bil-qtil ta’ Fawaz Najem

Ir-raba’ vittma kien Fawaz Najem, Sirjan ta’ 25 sena li ġie ċċertifikat mejjet ftit sigħat wara li ddaħħal fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex. Fis-7 ta’ Mejju huwa kien involut f’argument bejn grupp ta’ Sirjani meta allegatament qala’ daqqiet ta’ arma li taqta’ f’Marsalforn f’Għawdex. B’rabta ma’ dan il-qtil għaddej proċeduri kriminali Maher Aljasem.

Il-vittma nstab mejjet barra mill-ħanut

Roger Dudley Ward ta’ 60 sena kien il-ħames vittma. Fis-17 ta’ Ġunju ġie ċċertifikat mejjet wara argument barra ħanut tax-xorb f’Buġibba. B’rabta ma’ dan il-każ għaddejjin proċeduri kriminali kontra l-istess sid tal-ħanut, David Busuttil.

L-Eġizzjan miet ftit ħin wara l-wasla fl-Isptar

Is-sitt vittma kien l-Eġizzjan Mahmoud Adly ta’ 21 sena li miet ftit ħin wara li ddaħħal l-Isptar Mater Dei kawża tal-ġrieħi serji li sofra b’arma li taqta’ f’argument fil-Marsa fl-24 ta’ Lulju. B’rabta ma’ dan il-qtil għaddej proċeduri kriminali Al Mahy Ezzo Saeed.

Bernice Cassar nqatlet b’tiri f’rasha u f’Sidirha

Is-seba’ vittma kienet Bernice Cassar ta’ 40 sena li nqatlet b’tiri ta’ arma tan-nar fiż-żona industrijali ta’ Kordin fit-22 ta’ Novembru li għadda. B’rabta ma’ dan il-każ għaddej proċeduri kriminali kontra żewġha Rodrick Cassar.

Ekonomija

Sport