Wednesday, March 27, 2024

Il-Kroazja fil-kwarti-finali … il-Ġappun eliminati bl-unuri

Aqra wkoll

Ġappun…….. 1

Kroazja…….. 1

(Kroazja 3-1 bil-penalties)

Il-Kroazja għaddew għall- kwarti-finali meta għelbu lill-Ġappun 3-1 bil-penalties wara draw ta’ 1-1. Iżda dawn tal-aħħar sfaw eliminati bl- unuri kollha meta kienu sfi­da denja.

Fl-ewwel taqsima, il-Ġappuniżi kienu l-aħjar team u kien jimmeritahom li jidħlu jistrieħ fil-vantaġġ.

Kien, fit-43 minuta, meta Daizen Maeda kien pront xeħet fix-xibka meta l-ballun wasal għandu b’karambola ma’ Bruno Petkovic.

Iżda, fil-55 minuta, il-Kroati kisbu d-draw minn daqqa ta’ ras b’saħħitha ta’ Ivan Perisic.

Il-partita baqgħet bilanċjata biex ir-riżultat baqa’ ma nbidilx u minkejja li ngħata l-ħin barrani kollox baqa’ l-istess biex kellhom jin­għataw il-penalties li minnhom il-Kroati rebħu 3-1.

Għalihom skorjaw Nikola Vlasic, Marcelo Brozovic u Mario Pasalic filwaqt li għall-Ġappun skorja Takuma Asano.

Ġappun: Shuichi Gonda, Shogo Taniguchi, Maya Yoshida, Takehiro Tomiyasu, Yuto Nagatomo (Kaoru Mitoma 64), Hidemasa Morita (Ao Tanaka 106), Wataru Endo, Junya Ito, Daichi Kamada 9 Hiroki Sakai 75), Daizen Maeda (Takuma Asano 64), Ritsu Doan (Takumi Minamino 87) – Coach: Hajime Moriyasu

Kroazja: Dominik Livakovic, Borna Barisic, Josko Gvardiol, Dejan Lovren, Josip Juranovic, Marcelo Brozovic, Luka Modric (Lovro Majer 99), Mateo Kova­cic (Nikola Vlasic 99), Ivan Perisic (Mislav Orsic 106), Bruno Petkovic (Ante Budimir 62) (Marko Livaja 106), Andrej Kramaric (Mario Pasalic 68) – Coach: Zlatko Dalic   

Referee: Ismail Elfath (Stati Uniti)

Assistenti: Corey Parker, Kyle Atkins (Stati Uniti)

Ammoniti: M. Kovacic,    Borna Barisic (K)

Ekonomija

Sport